Għanja 72
Nikkultivaw il-Kwalità tal-Imħabba
1. Lejn Alla nersqu f’talb b’umiltà,
Biex tiegħu nuru kull kwalità.
L-imħabba, li l-akbar hi fost dawn,
Bl-ispirtu tiegħu nikkultivaw.
Kull għerf, talent, kuraġġ, ħafna xogħ’l
Ma jiswa xejn jekk ma tħobbx ukoll.
Jekk imħabbitna għal dejjem tfur
Lil Alla nogħġbu w nistabru żgur.
2. Neħtieġu iżjed minn kliem mirqum
Biex nibqgħu ngħallmu lin-nagħ’ġ illum.
Hekk kif il-Bibbja dawn jistudjaw
Li inħobbuhom hemm bżonn jaraw.
L-imħabba tgħatti n-nuqqasijiet;
Iġġorr għalkollox it-tagħbijiet.
Fl-inkwiet, l-imħabba tinsiex, fil-fatt,
Għax tiflaħ kollox; ma tbatti qatt.
(Ara wkoll Ġw. 21:17; 1 Kor. 13:13; Gal. 6:2.)