Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 121

Inkuraġġixxu lil Xulxin

Inkuraġġixxu lil Xulxin

(Ebrej 10:24, 25)

1. Hekk kif inħeġġu wieħed ’l-ieħor

Biex naqdu ’l Alla lkoll sat-tmiem,

Ir-rabta taʼ mħabbitna nsaħħu;

Għemejjel tajba jġibu s-sliem.

L-imħabba fost il-poplu t’Alla

Tqawwina ferm biex ma nċedux.

Refuġju hi l-kongregazzjoni;

Hemm f’nofsha biżaʼ ma nħossux.

2. Il-kelma meta tingħad f’waqtha

Kemm hi sabiħa għall-widnejn!

Dal-kliem taʼ faraġ li nisimgħu,

Minn ħbieb leali ikun ġej.

Xi ġmiel li naħdmu flimkien m’aħwa

Bl-istess tamiet u miri wkoll!

Ħa nsaħħu lil xulxin, u nġorru

It-toqol taʼ ħutna ilkoll.

3. Waqt li naraw bl-għajnejn tal-fidi

Kemm jum Ġeħova hu viċin,

M’għandniex ninsew il-laqgħat tagħna,

Ħa nkomplu sod fit-triq mexjin.

Mal-poplu taʼ Ġeħova rridu

Li naqdu għall-eternità,

U lil xulxin ninkuraġġixxu

Biex nibqgħu sħaħ fl-integrità.