Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 105

Is-Smewwiet Jiddikjaraw il-Glorja t’Alla

Is-Smewwiet Jiddikjaraw il-Glorja t’Alla

(Salm 19)

1. Is-sema juri l-glorja taʼ Ġeħova.

Il-firxa tas-smewwiet tqanqlilna biżaʼ Lejh.

U kull jum ġdid ġieħ jagħtih tant mistħoqq.

Mill-kwiekeb kbar naraw biċ-ċar kemm hu kbir xogħ’l idejh.

2. Il-liġi taʼ Ġeħova hi perfetta;

Bi tfakkirietu, għerf jagħtina lkoll irid.

Kull kmandament hu nadif, ġust, u rett.

Għar-ruħ hu serħ u jġib tant ferħ; O kemm jagħmlilna ġid.

3. Il-biżaʼ t’Alla pur; għal dejjem jibqaʼ.

Ferm iktar minn deh’b fin hi kelmtu taʼ valur.

Kull ordni tiegħu hi gwida u kenn.

Lil ismu kbir nagħtuh tifħir; Jistħoqqlu tant unur.