Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Messaġġ tal-Bibbja—Ħarsa Fuq Fuq

Il-Messaġġ tal-Bibbja—Ħarsa Fuq Fuq
  1. Ġeħova joħloq lil Adam u Eva bil-​prospett li jgħixu għal dejjem f’Ġenna tal-​art. Satana jimmalafama l-​isem t’Alla u jisfida d-​dritt Tiegħu li jaħkem. Adam u Eva jingħaqdu maʼ Satana fir-​ribelljoni, u jġibu d-​dnub u l-​mewt fuqhom infushom u fuq nisilhom

  2. Ġeħova jaqtaʼ s-​sentenza kontra r-​ribelli u jwiegħed li se jqum Ħellies, jew Nisel, li se jisħaq lil Satana, u jneħħi r-​riżultati tar-​ribelljoni u d-​dnub

  3. Ġeħova jwiegħed lil Abraham u lil David li se jkunu missirijiet tan-​Nisel, jew il-​Messija, li se jaħkem bħala Sultan għal dejjem

  4. Ġeħova jnebbaħ lill-​profeti biex ibassru li l-​Messija se jipprovdi mezz taʼ fejqan mid-​dnub u l-​mewt. Flimkien maʼ wħud oħrajn, hu se jaħkem bħala Sultan tas-​Saltna t’Alla, li se ttemm il-​gwerer, il-​mard, u saħansitra l-​mewt

  5. Ġeħova jibgħat lil Ibnu fuq l-​art u juri li Ġesù hu l-​Messija. Ġesù jipprietka dwar is-​Saltna t’Alla u joffri ħajtu bħala sagrifiċċju. Imbagħad Ġeħova jirxoxtah bħala spirtu

  6. Ġeħova jagħmel lil Ibnu Sultan fis-​sema, u dan iservi taʼ sinjal li bdew l-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema dinjija. Ġesù jiggwida lis-​segwaċi tiegħu fuq l-​art hekk kif jippritkaw dwar is-​Saltna t’Alla mal-​art kollha

  7. Ġeħova jidderieġi lil Ibnu biex permezz tas-​Saltna jibda jaħkem għal fuq l-​art. Is-​Saltna teqred il-​gvernijiet ħżiena kollha, tagħmel l-​art Ġenna, u tressaq lill-​bnedmin leali lejn il-​perfezzjoni. Id-​dritt taʼ Ġeħova biex jaħkem jintwera li hu ġust, u ismu jitqaddes għal dejjem