Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

It-2 Parti

Min Hu l-Alla l-Veru?

Min Hu l-Alla l-Veru?

Hemm Alla wieħed biss li hu veru, u jismu Ġeħova. (Salm 83:18) Alla huwa Spirtu; ma nistgħux narawh. Hu jħobbna u jridna nħobbuh lura. Hu jridna wkoll inħobbu lil ħaddieħor. (Mattew 22:35-​40) Huwa l-​Wieħed Suprem, il-​Ħallieq taʼ kollox.

L-​ewwel ħolqien t’Alla kien spirtu setgħan. Iktar tard dan sar magħruf bħala Ġesù Kristu. Ġeħova ħalaq ukoll lill-​anġli.

Ġeħova ħalaq dak kollu li hemm fis-​sema . . . u fuq l-​art. Rivelazzjoni 4:11

Alla Ġeħova ħalaq il-​kwiekeb kif ukoll l-​art u dak kollu li hemm fiha.​—Ġenesi 1:1.

Hu sawwar lil Adam, l-​ewwel raġel, mit-​trab tal-​art.​—Ġenesi 2:7.