Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-5 Parti

Id-Dilluvju l-Kbir—Min Sema’? Min Ma Semax?

Id-Dilluvju l-Kbir—Min Sema’? Min Ma Semax?

Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies fi żmien Noè għamlu l-​ħażen. Ġenesi 6:5

Adam u Eva kellhom it-​tfal, u n-​nies fuq l-​art żdiedu. Maż-​żmien, xi anġli ngħaqdu maʼ Satana fir-​ribelljoni.

Huma ġew fuq l-​art u ħadu iġsma taʼ rġiel ħalli jkunu jistgħu jiżżewġu n-​nisa. In-​nisa wildu subien sovrumani li kienu feroċi u b’saħħithom.

Id-​dinja mtliet b’nies li għamlu affarijiet ħżiena. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​ħażen tal-​bniedem kien kotran fuq l-​art u kull inklinazzjoni tal-​ħsibijiet taʼ qalbu kienet biss ħażina l-​ħin kollu.”

Noè semaʼ minn Alla u bena arka. Ġenesi 6:13, 14, 18, 19, 22

Noè kien raġel tajjeb. Ġeħova qal lil Noè li Hu kien se jeqred lin-​nies mill-​agħar b’dilluvju kbir.

Lil Noè, Alla qallu wkoll biex jibni dgħajsa kbira ħafna, li tissejjaħ arka, u biex fiha jdaħħal lill-​familja tiegħu u kull xorta t’annimal.

Noè wissa lin-​nies dwar id-​Dilluvju li kien ġej, imma ma tawx kas. Xi wħud waqqgħu għaċ-​ċajt lil Noè; oħrajn stmerrewh.

Meta tlestiet l-​arka, Noè daħħal l-​annimali ġewwa.