Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Is-6 Parti

X’Nitgħallmu mid-Dilluvju l-Kbir?

X’Nitgħallmu mid-Dilluvju l-Kbir?

Alla qered lil dawk mill-​agħar, imma salva lil Noè u lil familtu. Ġenesi 7:11, 12, 23

Għamlet xita għal 40 jum u 40 lejl, u l-​ilma kesa d-​dinja kollha. In-​nies mill-​agħar kollha mietu.

L-​anġli ribellużi ħallew l-​iġsma tagħhom tal-​laħam u saru demonji.

Dawk li kienu fl-​arka salvaw. Għalkemm maż-​żmien Noè u l-​familja tiegħu mietu, Alla se jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja bit-​tama li jgħixu għal dejjem.

Alla se jerġaʼ jeqred lin-​nies mill-​agħar u jsalva lil dawk tajbin. Mattew 24:37-​39

Satana u d-​demonji qed ikomplu jqarrqu bin-​nies.

Illum, bħal fi żmien Noè, ħafna nies jirrifjutaw id-​direzzjoni bi mħabba taʼ Ġeħova. Dalwaqt, Ġeħova se jeqred lil dawk kollha li huma mill-​agħar.​—2 Pietru 2:5, 6.

Xi nies huma bħal Noè. Huma jisimgħu minn Alla u jagħmlu dak li jgħid; dawn huma x-​Xhieda taʼ Ġeħova.