Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

It-8 Parti

Xi Tfisser Għalik il-Mewt ta’ Ġesù?

Xi Tfisser Għalik il-Mewt ta’ Ġesù?

Ġesù miet biex jagħmilha possibbli għalina li ngħixu. Ġwanni 3:16

Tlett ijiem wara l-​mewt taʼ Ġesù, xi nisa żaru l-​qabar tiegħu u sabuh vojt. Ġeħova kien qajjem lil Ġesù mill-​mewt.

Iktar tard, Ġesù deher lill-​appostli tiegħu.

Ġeħova kien irxoxta lil Ġesù u tah il-​ħajja bħala spirtu setgħan u immortali. Id-​dixxipli taʼ Ġesù rawh tielaʼ s-​sema.

Alla rxoxta lil Ġesù u għamlu Sultan tas-​Saltna t’Alla. Danjel 7:13, 14

Ġesù ċeda ħajtu biex iħallas fidwa għall-​umanità. (Mattew 20:28) Permezz taʼ din il-​fidwa, Alla jagħmilha possibbli għalina li ngħixu għal dejjem.

Ġeħova ħatar lil Ġesù bħala Sultan biex jaħkem fuq l-​art. Miegħu se jkun hemm 144,000 individwu leali li jiġu rxoxtati mill-​art għall-​ħajja fis-​sema. Ġesù u l-​144,000 jifformaw gvern taʼ ġustizzja fis-​sema—is-​Saltna t’Alla.​—Rivelazzjoni 14:1-​3.

Is-​Saltna t’Alla se tagħmel l-​art ġenna. Il-​gwerer, il-​kriminalità, il-​faqar, u l-​ġuħ se jispiċċaw. In-​nies se jkunu verament ferħanin.​—Salm 145:16.