L-10 Parti
Liema Barkiet Hemm Jistennewhom lil Dawk li Jisimgħu Minn Alla?
Il-biċċa l-kbira tal-mejtin se jiġu rxoxtati fuq l-art. Atti 24:15
Immaġina l-barkiet futuri li se tgawdi jekk tismaʼ minn Ġeħova! Se jkollok saħħa perfetta; ħadd mhu se jkun marid jew b’saħħa batuta. Mhux se jkun hemm nies ħżiena, u int se tkun tistaʼ tafda lil kulħadd.
Mhux se jkun hemm uġigħ, niket, jew biki. Ħadd mhu se jixjieħ u jmut.
Int se tkun imdawwar bil-ħbieb u bil-familja. Il-ħajja fil-Ġenna tal-art se tkun tassew pjaċevoli.
Mhux se jkun hemm biżaʼ. In-nies se jkunu verament ferħanin.