Il-11-il Parti
Ġeħova Jismagħna?
Alla tassew jismaʼ t-talb tagħna. 1 Pietru 3:12
Ġeħova hu “Semmiegħ it-talb.” (Salm 65:2) Hu jridna nkellmuh minn qalbna.
Itlob lil Ġeħova u mhux lil xi ħadd ieħor.
1 Ġwanni 5:14
Nistgħu nitolbu dwar ħafna affarijiet.Itlob biex ir-rieda t’Alla tkun fis-sema u fuq l-art.
Itlob lil Ġeħova jgħinek tagħmel dak li hu tajjeb. Tistaʼ titlob ukoll dwar l-ikel, l-impjieg, l-ilbies, is-saħħa, u għal saqaf fuq rasek.
Itlob f’isem Ġesù biex turi li int tapprezza dak li għamel għalik.