Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-14-il Parti

Kif Tista’ Turi li Int Leali Lejn Ġeħova?

Kif Tista’ Turi li Int Leali Lejn Ġeħova?

Ħu l-​waqfa tiegħek man-​naħa t’Alla. 1 Pietru 5:6-​9

Evita li tieħu sehem fi kwalunkwe drawwa li ma tkunx fi qbil mal-​Bibbja. Trid il-​kuraġġ biex tagħmel dan.

Tinvolvix ruħek fi kwistjonijiet politiċi tal-​ġnus; dawn ma jappoġġawx lil Ġeħova u lis-​Saltna tiegħu.

Agħmel l-​għażla t-​tajba—ismaʼ minn Alla. Mattew 7:24, 25

Issieħeb max-​Xhieda taʼ Ġeħova; huma se jgħinuk tersaq qrib lejn Alla.

Kompli tgħallem dwar Alla u pprova obdi l-​kmandamenti tiegħu.

Meta l-​fidi tiegħek tkun issaħħet għandek tiddedika ħajtek lil Ġeħova u titgħammed.​—Mattew 28:19.

Ismaʼ minn Alla. Aqra l-​Bibbja, u itlob lix-​Xhieda taʼ Ġeħova jgħinuk tifhimha. Imbagħad applika dak li titgħallem. Jekk tagħmel hekk se tgħix għal dejjem.​—Salm 37:29.