Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġakobb

Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġakobb

Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġakobb

Ġakobb u ħuh Għesaw kienu ilhom ma jitkellmu għal bosta snin. Fil-​fatt, Għesaw kien jobogħdu lil Ġakobb. Għalkemm Ġakobb m’għamel xejn ħażin, hu kien il-​wieħed li ħa l-​inizjattiva biex isolvi l-​problema taʼ bejniethom. Hu kien lest li jċedi. L-​għan tiegħu ma kienx li jirbaħ l-​argument, iżda li jirbaħ lura lil ħuh. Ġakobb m’għamilx kompromess mill-​prinċipji tiegħu, iżda lanqas ma insista li jintalab skuża qabel ma jagħmel paċi maʼ ħuh.​—Ġenesi 25:27-​34; 27:30-​41; 32:3-​22; 33:1-​9.

Int kif tirreaġixxi meta targumenta maʼ xi membru tal-​familja tiegħek? Forsi kultant tħoss li jkollok raġun u li ħuk/oħtok jew xi ġenitur ikollu t-​tort. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, tistenna int li l-​persuna l-​oħra tagħmel l-​ewwel pass? Jew tistaʼ tkun bħal Ġakobb? Meta ma jkun se jinkiser ebda prinċipju bibliku, se tkun int lest li ċċedi biex iżżomm il-​paċi? (1 Pietru 3:8, 9) Ġakobb ma ħalliex il-​kburija tkun il-​kaġun taʼ firda fil-​familja tiegħu. Hu umilja ruħu u rebaħ lura lil ħuh. Se tagħmel int l-​istess ħaġa mal-​membri tal-​familja tiegħek?