Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġob

Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġob

Eżempju taʼ Min Jimitah—Ġob

Id-​dinja taʼ Ġob inqalbet taʼ taħt fuq. L-​ewwel, hu tilef il-​mezz t’għajxien tiegħu. Imbagħad, tilef lil uliedu fil-​mewt. U fl-​aħħar, tilef saħħtu. Dan kollu ġara malajr u bla mistenni. B’disprament qawwi, Ġob qal: “Ruħi tistkerrah lil ħajti.” Hu jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “mxebba’ bid-​diżunur u mimli bis-​sofferenza.” (Ġob 10:1, 15) Madankollu, anki meta kien għaddej minn żminijiet diffiċli, Ġob irrifjuta li jagħti dahru lill-​Ħallieq tiegħu. (Ġob 2:10) Il-​bidliet f’ħajtu ma bidlux lilu. Għaldaqstant, Ġob huwa eżempju taʼ sabar.

Meta tiffaċċja l-​problemi, anki int għandek mnejn tħoss li qed ‘tistkerrah lil ħajtek.’ Xorta waħda, bħal Ġob, int tistaʼ tagħti prova lilek innifsek li int ma tinbidilx meta jkun hemm xi bidliet, u tibqaʼ sod fid-​determinazzjoni tiegħek biex taqdi lil Alla Ġeħova. Ġakbu kiteb: “Ara! Aħna niddikjaraw henjin lil dawk li ssaportew. Smajtu bis-​sabar taʼ Ġob u rajtu t-​tmiem li tah Ġeħova; għax Ġeħova juri affezzjoni b’tenerezza kbira u hu mimli ħniena.” (Ġakbu 5:11) Bħalma Ġeħova ħa ħsieb Ġob, jieħu ħsieb lilek ukoll!