Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempju taʼ Min Jimitah—Rut

Eżempju taʼ Min Jimitah—Rut

Eżempju taʼ Min Jimitah—Rut

L-​armla Rut hi eżempju tajjeb taʼ lealtà. Hi għażlet li tibqaʼ mal-​kunjata tagħha mdaħħla fiż-​żmien, Nagħomi, minflok ma tmur lura għal ħajja iktar komda f’pajjiżha. Avolja din l-​għażla naqqset il-​probabbiltà li ssib sieħeb fiż-​żwieġ, Rut ma ħasbitx biss dwarha nfisha. L-​imħabba tagħha għal Nagħomi u x-​xewqa tagħha li tkun man-​nies taʼ Ġeħova kienu iktar importanti milli tissodisfa b’mod impulsiv ix-​xewqa li kellha li tiżżewweġ.—Rut 1:8-​17.

Qiegħed int taħseb biex tiżżewweġ? Mela, imita lil Rut. Tħarisx biss lejn l-​emozzjonijiet tiegħek. Staqsi lilek innifsek: Liema kwalitajiet pożittivi nistaʼ noffri lis-​sieħeb jew lis-​sieħba tiegħi tal-​futur? Pereżempju, jien leali u nagħmel sagrifiċċji persunali? Nimxi skont il-​prinċipji t’Alla, anki meta l-​ġisem imperfett tiegħi jitlob li nagħmel il-​kuntrarju? Rut ma kinitx iddisprata biex tfittex sieħeb fiż-​żwieġ. Madankollu, maż-​żmien, hi sabet raġel matur li kellu kwalitajiet bħal tagħha—u l-​iktar importanti, hu kellu mħabba għal Alla. Dan jistaʼ jkun minnu fil-​każ tiegħek.