Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempju taʼ Min Jimitah—Timotju

Eżempju taʼ Min Jimitah—Timotju

Eżempju taʼ Min Jimitah—Timotju

Timotju kien jinsab lest biex jitlaq mid-​dar—mhux biex jaħrab ’il bogħod minn familtu iżda biex jakkumpanja lill-​appostlu Pawlu fix-​xogħol missjunarju tiegħu! X’aktarx li Timotju kien għadu m’għalaqx l-​20 sena imma diġà kien żagħżugħ responsabbli u “l-​aħwa f’Listra u Ikonju kienu jitkellmu tajjeb dwaru.” (Atti 16:2) Pawlu kien fiduċjuż li Timotju setaʼ jwettaq għemejjel kbar fis-​servizz t’Alla. U hekk ġara! Fis-​snin taʼ wara, Timotju vvjaġġa ħafna drabi biex jistabbilixxi kongregazzjonijiet ġodda u biex isaħħaħ lill-​aħwa. Il-​kwalitajiet mill-​aqwa taʼ Timotju għamluh prezzjuż f’għajnejn Pawlu, li madwar 11-​il sena wara qal lill-​Filippin: “M’għandi lil ħadd bl-​istess attitudni tiegħu li se jieħu ħsieb ġenwinament dak li għandu x’jaqsam magħkom.”​—Filippin 2:20.

Qiegħed int tagħmel lilek innifsek disponibbli biex tintuża fis-​servizz t’Alla? Jekk iva, hemm barkiet kbar jistennewk! Ġeħova tassew japprezza liż-​żgħażagħ li “joffru lilhom infushom minn rajhom.” (Salm 110:3) Iktar minn hekk, tistaʼ tibqaʼ ċert li Alla Ġeħova ‘mhux inġust biex jinsa għemilek.’​—Ebrej 6:10.