Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Fuq il-Qoxra fin-Naħa taʼ Ġewwa

Fuq il-Qoxra fin-Naħa taʼ Ġewwa

Fuq il-Qoxra fin-Naħa taʼ Ġewwa

Għeżież Żgħażagħ Tagħna,

Missierkom tas-​sema, Alla Ġeħova, iħobbkom ħafna u jridkom tkunu ferħanin. Għandkom mnejn tgħidu: ‘Imma huwa verament possibbli li tkun kuntent illum il-​ġurnata?’ Din mistoqsija tajba. Wara kollox, ħajjitna mimlija diffikultajiet. Donnu kuljum jinqalgħu sfidi li jistgħu jisirqulna l-​ferħ. Imma Missierna kollu mħabba se jgħinna! Il-​Kelma tiegħu tipprovdi l-​gwida li għandna bżonn sabiex inkunu nistgħu nissieltu mal-​burraxki tal-​ħajja. Għalkemm il-​Bibbja nkitbet żmien twil ilu, il-​pariri tagħha għadhom prattiċi sal-​ġurnata tal-​lum.​—Salm 119:98, 99; 2 Timotju 3:16, 17.

Ħejjejnielkom din il-​pubblikazzjoni għax inħobbukom. Irridukom tkunu ferħanin u tgawdu l-​ħajja bl-​aqwa mod. Għalhekk, inħeġġukom biex mhux biss taqraw dan il-​ktieb minn qoxra sa qoxra imma wkoll biex idduru għall-​pariri li hemm fih kull meta jinqalgħu l-​problemi. Wieħed mill-​iskopijiet taʼ dan il-​ktieb hu li jħeġġeġ komunikazzjoni aħjar bejnkom u l-​ġenituri tagħkom. Aħna nittamaw li taqraw jew saħansitra tistudjaw porzjonijiet minnu flimkien. Ħudu vantaġġ mill-​għerf u l-​esperjenza tal-​ġenituri tagħkom!

Nixtiqulkom affarijiet sbieħ,

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova