Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif Nistaʼ Nilħaq il-Miri Tiegħi?

Kif Nistaʼ Nilħaq il-Miri Tiegħi?

KAPITLU 39

Kif Nistaʼ Nilħaq il-Miri Tiegħi?

Liema minn dawn li ġejjin tixtieq li jkollok?

□ Iktar fiduċja fik innifsek

□ Iktar ħbieb

□ Iktar ferħ

IL-​VERITÀ hi li jistaʼ jkollok it-​tlieta li huma! Kif? Billi tagħmel miri u tilħaqhom. Ikkunsidra dan li ġej:

Iktar fiduċja fik innifsek. Meta tagħmel miri żgħar u tilħaqhom, se tħossok kunfidenti biex tagħmel miri akbar. Ukoll, se tħossok iktar kunfidenti meta tiffaċċja l-​isfidi taʼ kuljum—bħal pereżempju li tirreżisti l-​pressjoni minn dawk tamparek.

Iktar ħbieb. In-​nies jieħdu pjaċir iqattgħu ħin maʼ wħud li jagħmlu miri raġunevoli għalihom infushom​—uħud li jkunu jafu xi jridu u jkunu lesti li jaħdmu biex jilħqu l-​miri.

Iktar ferħ. Ejja ngħiduha kif inhi: Huwa tedjanti li ma tagħmel xejn jew li tistenna li tiġri xi ħaġa f’ħajtek. Mill-​banda l-​oħra, meta tagħmel miri u tilħaqhom, tħoss li tkun qed twettaq xi ħaġa. Lest biex tibda? Il-​paġni li ġejjin se jkunu t’għajnuna! *

✔ 1 IDENTIFIKA

1. Aħseb dwar liema miri tistaʼ tagħmel. Agħmel dan il-​pass wieħed pjaċevoli. Toqgħodx taħseb iżżejjed; sempliċement aqbad u ikteb il-​miri kollha li jiġuk f’moħħok. Ara jekk tistax taħseb f’minn tal-​inqas 10 miri li tistaʼ tagħmel.

2. Ara x’inhuma l-​miri tiegħek. Liema jidhru l-​iktar eċċitanti? Liema huma l-​iktar taʼ sfida? Dwar liema minnhom kieku tħossok tassew kburi li tkun ilħaqt? Tinsiex, l-​aqwa miri huma dawk li jfissru l-​iktar għalik.

3. Agħmel prijoritajiet. Innumera l-​miri skont liema tixtieq tilħaq l-​ewwel.

✔ 2 IPPJANA

Għal kull mira li għażilt, agħmel dan li ġej:

Ikteb il-​mira tiegħek.

Nitgħallem lingwa barranija biex inkabbar il-​ministeru

Agħżel data meta għandek tilħaq il-​mira. Wara kollox, mira mingħajr data meta għandek tilħaqha tibqaʼ sempliċi ħolma!

L-​1 taʼ Lulju

Ippjana l-​passi involuti.

X’nistaʼ nagħmel?

1. Nibda nuża dizzjunarju.

2. Nitgħallem għaxar kelmiet ġodda kull ġimgħa.

3. Nismaʼ lil ħaddieħor jitkellem b’din il-​lingwa.

4. Nitlob lil xi ħadd jiċċekkjali l-​grammatika u jara jekk inkunx qed nippronunzja l-​kliem sew.

Ipprova ara minn qabel x’jistgħu jkunu l-​ostakli. Imbagħad, aħseb dwar kif tistaʼ tegħlibhom.

X’jistgħu jkunu l-​ostakli?

Ma naf lil ħadd li jitkellem b’din il-​lingwa.

Stinka bis-​serjetà. Kun determinat li tagħmel l-​almu tiegħek biex tilħaq din il-​mira. Iffirma u ikteb id-​data.

Kif nistaʼ negħlibhom?

Inniżżel rekordings bl-​awdjo f’din il-​lingwa mill-​websajt www.pr418.com.

․․․․․ ․․․․․

Firma Data

✔ 3 AĠIXXI!

Aqbad u ibda. Staqsi lilek innifsek, ‘X’nistaʼ nagħmel illum biex nibda nirsisti ħalli nilħaq il-​mira tiegħi?’ Veru, forsi għadek ma ħsibtx f’kull dettall, imma tħallix dan iżommok lura milli tibda. Bħalma tgħid il-​Bibbja, “jekk tistenna sakemm ir-​riħ u t-​temp ikunu eżatt kif tridhom, qatt m’int se tiżraʼ jew taħsad x’ħaġa.” (Ekkleżjasti 11:4, Today’s English Version) Sib xi ħaġa li tistaʼ tagħmel illum—anki jekk tkun xi ħaġa żgħira—u aqbad u agħmilha.

Irrivedi l-​miri tiegħek kuljum. Fakkar lilek innifsek għala kull mira hi importanti għalik. Ara xi progress tkun għamilt billi tagħmel ✔ ħdejn kull mira hekk kif tkun ilħaqtha (jew ikteb id-​data taʼ meta tkun ilħaqtha).

Uża l-​immaġinazzjoni tiegħek. Immaġina li lħaqt il-​mira tiegħek. Ma tħossx sens taʼ sodisfazzjon? Issa żomm f’moħħok kull waħda mill-​miri tiegħek u immaġinak twettaqhom. Ara kemm se tħossok ferħan! Mela stinka biex tilħaqhom!

[Nota ta’ taħt]

^ par. 10 Dawn is-​suġġerimenti japplikaw l-​iktar għal miri li tistaʼ tilħaq fi ftit ġimgħat jew xhur, imma l-​prinċipji jistgħu japplikaw ukoll għal miri li jieħdu iktar żmien biex jintlaħqu.

SKRITTURA PRINĊIPALI

“Il-​pjanijiet tal-​ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih.”​—Proverbji 21:5.

SUĠĠERIMENT

Toqgħodx tinkwieta jekk ma żżommx bl-​eżatt mal-​pjan. Kun flessibbli u agħmel aġġustamenti int u taħdem biex tilħaq il-​mira tiegħek.

KONT TAF . . . ?

Iktar ma tkun kbira l-​mira, iktar se jkun kbir is-​sodisfazzjon li tħoss meta tilħaqha!

INT X’TAĦSEB?

● Huwa possibbli li jkollok ħafna miri f’daqqa?​—Filippin 1:10.

● Il-​fatt li tagħmel miri jfisser li tippjana kull minuta taʼ ħajtek?​—Filippin 4:5.

[Kumment f’paġna 283]

“Huwa faċli li tibda tħossok skuraġġit jekk ma jkollokx xi ħaġa fuqiex tiffoka jew lejn xiex tħares ’il quddiem. Imma meta tagħmel miri u tilħaqhom, tħossok tajjeb dwarek innifsek.”​—Reed.

[Kaxxa/​Stampa f’paġna 283]

Eżempji taʼ Xi Miri

Il-​Ħbiberija Nagħmel ħbieb maʼ xi ħadd li mhuwiex tampari. Nerġaʼ nsaħħaħ il-​ħbiberija maʼ xi ħbieb antiki.

Is-​Saħħa Nagħmel minn tal-​inqas siegħa u nofs eżerċizzju kull ġimgħa. Norqod tmien sigħat kull lejl.

L-​Iskola Intejjeb il-​marki tiegħi fil-​matematika. Nirreżisti l-​pressjoni li jagħmluli studenti oħrajn biex nagħmel affarijiet ħżiena.

L-​Ispiritwalità Nagħmel kwarta kuljum naqra l-​Bibbja. Matul din il-​ġimgħa se naqsam it-​twemmin tiegħi maʼ xi ħadd minn sħabi tal-​klassi.

[Stampa f’paġni 284, 285]

Il-​miri huma bħal pjanti taʼ perit—jeħtieġ ix-​xogħol biex isiru realtà!