Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Inhi r-Rieda t’Alla?

X’Inhi r-Rieda t’Alla?

Alla jridna ngħixu ferħanin u fil-paċi f’art magħmula ġenna għal dejjem!

Imma għandek mnejn tistaqsi, ‘Kif jistaʼ qatt jiġri dan?’ Il-Bibbja tgħid li s-Saltna t’Alla se tagħmel dan possibbli, u hija r-rieda t’Alla li n-nies kollha jitgħallmu dwar din is-Saltna u dwar l-iskop tiegħu għalina.—Salm 37:11, 29; Isaija 9:7.

Alla jridilna l-ġid.

Bħalma missier tajjeb ikun jixtieq l-aħjar għal uliedu, hekk ukoll Missierna tas-sema jixtieq li ngawdu ferħ dejjiemi. (Isaija 48:17, 18) Hu wiegħed li min “jagħmel ir-rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”—1 Ġwanni 2:17.

Alla jridna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.

Il-Bibbja tgħid li l-Ħallieq tagħna jrid “jgħallimna dwar triqatu” ħalli b’hekk inkunu nistgħu “nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.” (Isaija 2:2, 3) Hu organizza “poplu għal ismu” biex jagħmel ir-rieda tiegħu magħrufa mal-art kollha.—Atti 15:14.

Alla jridna ningħaqdu biex inqimuh.

Minflok ma tifred lin-nies, il-qima pura taʼ Ġeħova tgħaqqadhom fi mħabba ġenwina. (Ġwanni 13:35) Illum, min qed jgħallem lill-irġiel u n-nisa kullimkien kif għandhom jaqdu lil Alla f’unità? Aħna nistidnuk issir taf permezz taʼ dan il-browxer.