Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 4

Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?

Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?

Il-Kongo (Kinshasa)

L-Irwanda

Il-framment taʼ Simmaku tat-tielet jew ir-rabaʼ seklu E.K. li fih l-isem divin f’Salm 69:31

Għal għaxriet taʼ snin, ix-Xhieda taʼ Ġeħova użaw, stampaw, u qassmu diversi verżjonijiet tal-Bibbja. Imma mbagħad rajna l-bżonn li nippubblikaw traduzzjoni ġdida li tgħin aktar lin-nies biex jitgħallmu l-“għarfien eżatt dwar il-verità,” li hija r-rieda t’Alla għal kulħadd. (1 Timotju 2:3, 4) Għalhekk, fl-1950 bdejna noħorġu porzjonijiet mill-Bibbja tagħna b’lingwaġġ modern, it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida. Din il-Bibbja ġiet tradotta b’mod leali u eżatt b’iktar minn 130 lingwa.

Kien hemm bżonn Bibbja li kienet faċli biex tifhimha. Maż-żmien il-lingwi jinbidlu, u ħafna traduzzjonijiet tal-Bibbja jużaw espressjonijiet li mhumiex ċari jew li m’għadhomx jintużaw u li huma diffiċli biex tifhimhom. Barra minn hekk, instabu manuskritti antiki li huma iktar eżatti u eqreb l-oriġinali. Dan irriżulta f’fehma aħjar tal-Ebrajk, l-Aramajk, u l-Grieg li ntużaw fil-Bibbja.

Kien hemm bżonn traduzzjoni li kienet leali mal-kelma t’Alla. Minflok ma jaqbdu u jbiddlu l-kitba ispirata t’Alla, tradutturi tal-Bibbja għandhom ikunu leali mat-test oriġinali. Però, fil-biċċa l-kbira mill-verżjonijiet, l-isem divin, Ġeħova, mhuwiex użat fl-Iskrittura Mqaddsa.

Kien hemm bżonn Bibbja li tagħti krettu lill-Awtur tagħha. (2 Samwel 23:2) Fit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida, l-isem Ġeħova reġaʼ tpoġġa fejn jidher għal xi 7,000 darba fl-eqdem manuskritti tal-Bibbja bħalma jidher fl-eżempju t’hawn taħt. (Salm 83:18) Minħabba snin taʼ riċerka diliġenti, huwa taʼ pjaċir li wieħed jaqra din il-Bibbja għax b’mod ċar turi l-ħsieb t’Alla. Kemm jekk għandek it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida bil-lingwa tiegħek u kemm jekk le, aħna ninkuraġġuk biex ikollok rutina tajba taʼ qari tal-Kelma taʼ Ġeħova kuljum.—Ġożwè 1:8; Salm 1:2, 3.

  • Għala ddeċidejna li kien hemm bżonn traduzzjoni ġdida tal-Bibbja?

  • Liema drawwa taʼ kuljum għandu wieħed ikollu jekk irid jitgħallem ir-rieda t’Alla?