Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 7

Xi Jsir fil-Laqgħat Tagħna?

Xi Jsir fil-Laqgħat Tagħna?

In-New Zealand

Il-Ġappun

L-Uganda

Il-Litwanja

Fil-biċċa l-kbira, fil-laqgħat Kristjani tal-bidu kien ikun hemm kant, talb, u l-qari mill-Iskrittura u diskussjoni fuqha; ma kien ikun hemm l-ebda ritwal. (1 Korintin 14:26) Fil-laqgħat tagħna jsiru affarijiet simili ħafna.

L-istruzzjoni hi bbażata fuq il-Bibbja u hi prattika. Fi tmiem il-ġimgħa, kull kongregazzjoni tiltaqaʼ biex tismaʼ taħdita mill-Bibbja taʼ 30 minuta rigward kif l-Iskrittura tapplika għal ħajjitna u għal żminijietna. Ilkoll niġu inkuraġġiti biex insegwu fil-Bibbja tagħna. Wara t-taħdita jkun hemm Studju tat-“Torri tal-Għassa” li jdum siegħa, li fih il-membri tal-kongregazzjoni huma mistiedna biex jipparteċipaw f’diskussjoni t’artiklu mill-edizzjoni għall-istudju tat-Torri tal-Għassa. Din id-diskussjoni tgħinna napplikaw il-gwida tal-Bibbja f’ħajjitna. L-istess materjal huwa studjat f’kull waħda mill-iktar minn 110,000 kongregazzjoni madwar id-dinja.

Niġu megħjunin intejbu l-abbiltajiet tagħna tat-tagħlim. F’lejla matul il-ġimgħa nerġgħu niltaqgħu għal programm li jinqasam fi tliet partijiet. Dan jismu Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna u hu bbażat fuq il-materjal li jkun provdut kull xahar fil-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna. L-ewwel parti taʼ din il-laqgħa, Teżori mill-Kelma t’Alla, tgħinna biex insiru familjari maʼ silta tal-Bibbja li l-kongregazzjoni tkun qrat minn qabel. Imbagħad hemm Irsisti fil-Ministeru. Din tinkludi turijiet dwar kif niddiskutu l-Bibbja m’oħrajn. Xi ħadd inkarigat biex jagħti l-pariri jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu sabiex jgħinna ntejbu l-abbiltajiet tal-qari u t-taħdit. (1 Timotju 4:13) L-aħħar parti hi Għix Bħala Kristjan. Din tikkunsidra kif nistgħu napplikaw il-prinċipji tal-Bibbja fil-ħajja taʼ kuljum. Tinkludi wkoll diskussjoni li tgħinna nifhmu iktar il-Bibbja.

Meta tattendi l-laqgħat tagħna, bla dubju se tkun impressjonat bil-kwalità tal-edukazzjoni tal-Bibbja li tkun qed tirċievi.—Isaija 54:13.

  • X’tistaʼ tismaʼ fil-laqgħat tax-Xhieda taʼ Ġeħova?

  • Liema mil-laqgħat li jmiss taʼ kull ġimgħa tixtieq tattendi?