Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 11

Għala Nattendu Assembleat Kbar?

Għala Nattendu Assembleat Kbar?

Il-Messiku

Il-Ġermanja

Il-Botswana

In-Nikaragwa

L-Italja

Dawn in-nies għala jidhru daqshekk ferħanin? Qed jattendu waħda mill-assembleat tagħna. Bħall-qaddejja t’Alla tal-passat, li kienu istruwiti biex jingħaqdu tliet darbiet fis-sena, aħna nħarsu ’l quddiem biex niltaqgħu fi gruppi akbar. (Dewteronomju 16:16) Kull sena jkollna tliet okkażjonijiet: żewġ assembleat taʼ ġurnata u konvenzjoni reġjonali li ddum tlett ijiem. Kif nibbenefikaw minn dawn il-laqgħat?

Isaħħulna l-fratellanza Kristjana tagħna. Bħalma l-Iżraelin ferħu f’li jfaħħru lil Ġeħova “fost il-qtajjaʼ miġburin,” hekk ukoll aħna nieħdu pjaċir inqimuh flimkien f’okkażjonijiet speċjali. (Salm 26:12; 111:1) Dawn il-laqgħat joħolqu opportunità biex niltaqgħu u nassoċjaw maʼ Xhieda minn kongregazzjonijiet oħrajn jew saħansitra minn pajjiżi barranin. F’nofsinhar, nieħdu pjaċir nieklu flimkien fil-post fejn tkun qed tinżamm l-assemblea, u dan iżid mal-atmosfera ferriħija taʼ dawn l-okkażjonijiet spiritwali. (Atti 2:42) F’dawn l-assembleat kbar naraw b’għajnejna stess l-imħabba li tgħaqqad lill-“fratellanza kollha” tagħna madwar id-dinja.—1 Pietru 2:17.

Jgħinuna nagħmlu progress spiritwali. L-Iżraelin ibbenefikaw ukoll billi ‘kienu fehmu l-kliem’ tal-Iskrittura li kien spjegat lilhom. (Neħemija 8:8, 12) Aħna wkoll napprezzaw l-istruzzjonijiet tal-Bibbja li nirċievu waqt l-assembleat tagħna. Kull programm huwa bbażat fuq tema Skritturali. Permezz taʼ taħditiet interessanti u reċti żgħar, nitgħallmu kif nagħmlu r-rieda t’Alla f’ħajjitna. Niġu inkuraġġiti meta nisimgħu l-esperjenzi taʼ dawk li b’suċċess qed ikampaw mal-isfida taʼ li jgħixu bħala Kristjani f’dawn iż-żminijiet diffiċli. F’konvenzjonijiet reġjonali, reċti bil-kostum jagħmlu r-rakkonti Bibliċi iktar reali għalina u jgħallmuna lezzjonijiet prattiċi. F’kull assemblea jkun hemm magħmudija għal dawk li jridu jissimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom lil Alla.

  • L-assembleat għala huma okkażjonijiet taʼ ferħ?

  • Kif tistaʼ tibbenefika jekk tattendi assemblea?