Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 17

L-Indokraturi li Jżuru l-Kongregazzjonijiet Kif Jgħinuna?

L-Indokraturi li Jżuru l-Kongregazzjonijiet Kif Jgħinuna?

Il-Malawi

Grupp tas-servizz

Ministeru tal-għalqa

Laqgħa tal-anzjani

L-Iskrittura Griega Kristjana spiss issemmi lil Barnaba u lill-appostlu Pawlu. Dawn l-irġiel qdew bħala indokraturi li jivvjaġġaw. Huma kienu jżuru l-kongregazzjonijiet tal-bidu. Għala? B’mod ġenwin kien jinteressahom mill-benesseri taʼ ħuthom spiritwali. Pawlu qal li ried ‘imur lura u jżur lill-aħwa’ biex jara kif jinsabu. Hu kien lest li jivvjaġġa mijiet taʼ kilometri sabiex imur isaħħaħhom. (Atti 15:36) Din hi x-xewqa li għandhom l-indokraturi li jivvjaġġaw tagħna llum.

Jiġu biex jinkuraġġuna. Bejn wieħed u ieħor, kull indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet iżur 20 kongregazzjoni. Darbtejn fis-sena, hu jqattaʼ ġimgħa maʼ kull waħda minnhom. Nistgħu nibbenefikaw bil-kbir mill-esperjenza taʼ dawn l-aħwa u jekk huma miżżewġin, minn tan-nisa tagħhom. Huma jagħmlu l-almu tagħhom biex isiru jafu kemm liż-żgħar u kemm lill-kbar, u huma ħerqanin biex jakkumpanjawna fil-ministeru tal-għalqa u waqt l-istudji tagħna tal-Bibbja. Dawn l-indokraturi jagħmlu żjajjar pastorali mal-anzjani, u biex isaħħuna, jagħtu taħditiet inkuraġġanti matul il-laqgħat u l-assembleat.—Atti 15:35.

Jinteressaw ruħhom f’kulħadd. L-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet huma tassew interessati fil-kundizzjoni spiritwali tal-kongregazzjonijiet. Huma jiltaqgħu mal-anzjani u l-qaddejja ministerjali biex jirrivedu l-progress li jkun sar u biex jagħtuhom pariri prattiċi dwar kif għandhom jieħdu ħsieb ir-responsabbiltajiet tagħhom. Huma jgħinu lill-pijunieri biex ikollhom suċċess fil-ministeru tagħhom, u jieħdu pjaċir isiru jafu lil dawk li bdew jassoċjaw magħna u jisimgħu bil-progress spiritwali tagħhom. Kull wieħed minn dawn l-irġiel jagħti minnu nnifsu bħala ‘ħaddiem magħna għall-interessi tagħna.’ (2 Korintin 8:23) Għandna nimitaw il-fidi tagħhom f’Alla u d-devozzjoni tagħhom lejh.—Ebrej 13:7.

  • L-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet għala jagħmlu dan ix-xogħol?

  • Kif tistaʼ tibbenefika miż-żjajjar tagħhom?