Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 22

Xi Jsir f’Uffiċċju tal-Fergħa?

Xi Jsir f’Uffiċċju tal-Fergħa?

Il-Gżejjer Solomon

Il-Kanada

L-Afrika t’Isfel

Il-membri tal-familja Betel jaqdu f’diversi dipartimenti fejn jieħdu ħsieb l-attività tal-ippritkar f’pajjiż jew iktar. Jistgħu jaqdu f’timijiet tat-traduzzjoni, jistampaw ir-rivisti, jillegaw il-kotba, jaħżnu l-letteratura, jagħmlu r-rekordings, jew jieħdu ħsieb affarijiet oħrajn għal postijiet taħt il-ħarsien tagħhom.

Kumitat tal-Fergħa jieħu ħsieb ix-xogħol li jsir. Il-Ġemgħa li Tiggverna tafda x-xogħol taʼ kull uffiċċju tal-fergħa lil Kumitat tal-Fergħa magħmul minn tliet anzjani kwalifikati tajjeb jew iktar. Il-kumitat iżomm lill-Ġemgħa li Tiggverna informata dwar il-progress tal-attività taʼ kull pajjiż taħt il-ħarsien taʼ dak il-kumitat u dwar kwalunkwe problema li tistaʼ tinqalaʼ. Rapporti bħal dawn jgħinu lill-Ġemgħa li Tiggverna biex tiddeċiedi x’suġġetti għandha tikkunsidra f’pubblikazzjonijiet fil-futur, u fil-laqgħat u fl-assembleat. Rappreżentanti tal-Ġemgħa li Tiggverna jintbagħtu regolarment biex iżuru l-fergħat u jagħtu gwida lill-Kumitati tal-Fergħa dwar kif għandhom jieħdu ħsieb l-inkarigi tagħhom. (Proverbji 11:14) Isir programm speċjali li jinkludi taħdita mir-rappreżentant tal-kwartieri ġenerali biex jinkuraġġixxi lil dawk li jgħixu fit-territorju tal-fergħa.

Jingħata appoġġ lill-kongregazzjonijiet lokali. Aħwa rġiel responsabbli fl-uffiċċju tal-fergħa jagħtu l-kunsens tagħhom biex jinbdew kongregazzjonijiet ġodda. Ukoll, l-aħwa rġiel jidderieġu l-attività tal-pijunieri, tal-missjunarji, u tal-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet li jaqdu fit-territorju tal-fergħa. Jorganizzaw assembleat u konvenzjonijiet, jikkoordinaw il-bini taʼ Swali tas-Saltna ġodda u jieħdu ħsieb li l-letteratura tintbagħat lill-kongregazzjonijiet skont il-bżonnijiet tagħhom. Dak kollu li jsir f’fergħa jgħin biex ix-xogħol tal-ippritkar isir bl-ordni.—1 Korintin 14:33, 40.

  • Il-Kumitati tal-Fergħa kif jgħinu lill-Ġemgħa li Tiggverna?

  • Liema responsabbiltajiet jieħu ħsieb l-uffiċċju tal-fergħa?