Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 24

Kif Inhu Finanzjat ix-Xogħol Tagħna ta’ Madwar id-Dinja?

Kif Inhu Finanzjat ix-Xogħol Tagħna ta’ Madwar id-Dinja?

In-Nepal

It-Togo

Il-Britannja

L-organizzazzjoni tagħna tippubblika u tqassam mijiet taʼ miljuni taʼ Bibbji u pubblikazzjonijiet oħra kull sena bla ħlas. Aħna nibnu u nżommu f’kundizzjoni tajba s-Swali tas-Saltna u l-uffiċċji tal-fergħa. Nieħdu ħsieb il-bżonnijiet fiżiċi taʼ eluf taʼ Beteliti u missjunarji, u nipprovdu provvisti t’għajnuna meta jinqalaʼ xi diżastru. Allura għandek mnejn tistaqsi, ‘Dan kollu kif inhu finanzjat?’

Ma nitolbux flus u ma jsir ebda ġbir. Għalkemm ix-xogħol tagħna tal-evanġelizzar jirrikjedi ħafna spejjeż, ma niġbrux flus. Iktar minn seklu ilu, it-tieni ħarġa tar-rivista It-Torri tal-Għassa stqarret li aħna nemmnu li Ġeħova hu l-wieħed li jappoġġana u li aħna “qatt mhu se nittallbu jew nitolbu lin-nies għall-appoġġ”—u dan qatt ma ġara!—Mattew 10:8.

L-attivitajiet tagħna huma appoġġati minn donazzjonijiet volontarji. Ħafna nies japprezzaw ix-xogħol tagħna taʼ tagħlim minn fuq il-Bibbja u jagħtu donazzjonijiet għal dan. Ix-Xhieda nfushom b’ferħ jagħtu mill-ħin, l-enerġija, il-flus, u riżorsi oħrajn tagħhom biex issir ir-rieda t’Alla madwar id-dinja. (1 Kronaki 29:9) Fis-Sala tas-Saltna u fl-assembleat u l-konvenzjonijiet tagħna hemm kaxxi għall-kontribuzzjonijiet għal dawk li jixtiequ jagħtu. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll permezz tal-websajt tagħna, jw.org. Fil-maġġorparti, il-flus li nirċievu jiġu mingħand nies li mhumiex sinjuri, simili ħafna għal dik l-armla fil-bżonn li Ġesù tkellem tant tajjeb dwarha minħabba li kienet tefgħet żewġ muniti żgħar fil-kaxxa tat-teżor tat-tempju. (Luqa 21:1-4) Għalhekk, b’mod regulari kulħadd jistaʼ “jwarrab xi ħaġa” biex jagħti “bħalma jkun iddeċieda f’qalbu.” —1 Korintin 16:2; 2 Korintin 9:7.

Aħna konvinti li Ġeħova se jkompli jqanqal qalb dawk li jridu ‘jonorawh bl-affarijiet prezzjużi tagħhom’ biex jappoġġaw ix-xogħol tas-Saltna ħalli r-rieda tiegħu titwettaq.—Proverbji 3:9.

  • X’jagħmel lill-organizzazzjoni tagħna differenti minn reliġjonijiet oħrajn?

  • Il-kontribuzzjonijiet volontarji kif jintużaw?