Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 27

Kif Tista’ Tkun ta’ Benefiċċju Għalina l-Librerija fis-Sala tas-Saltna?

Kif Tista’ Tkun ta’ Benefiċċju Għalina l-Librerija fis-Sala tas-Saltna?

L-Iżrael

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Benin

Il-Gżejjer Cayman

Tixtieq tagħmel xi riċerka biex iżżid l-għarfien tiegħek tal-Bibbja? Kurjuż int dwar xi skrittura partikulari jew persuna, post, jew xi ħaġ’oħra msemmija fil-Bibbja? Jew ġieli ħsibt jekk il-Kelma t’Alla tistax tgħinek f’xi tħassib personali li għandek? Jekk fil-każ, tistaʼ tuża l-librerija tas-Sala tas-Saltna.

Fiha għodda għar-riċerka li hi t’għajnuna. Probabbilment, m’għandekx il-pubblikazzjonijiet kollha bbażati fuq il-Bibbja tax-Xhieda taʼ Ġeħova li huma disponibbli bil-lingwa tiegħek. Imma l-librerija fis-Sala tas-Saltna għandha l-biċċa l-kbira mill-pubblikazzjonijiet reċenti. Għandu mnejn ikollha wkoll diversi traduzzjonijiet tal-Bibbja, dizzjunarju tajjeb, u xogħlijiet taʼ referenza oħra li huma t’għajnuna. Int tistaʼ tuża l-librerija qabel u wara l-laqgħat. Jekk hemm kompjuter, għandu mnejn li fih il-Watchtower Library. Dan hu programm elettroniku li fih kollezzjoni kbira tal-pubblikazzjonijiet tagħna u għandu funzjoni faċli biex tużaha għal riċerka biex dak li jkun ifittex suġġett, kelma, jew skrittura.

Hi utli għall-Istudenti tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna. Tistaʼ tagħmel użu tajjeb mil-librerija tas-Sala tas-Saltna meta tkun qed tipprepara l-inkarigi tiegħek. L-indokratur tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna jieħu ħsieb il-librerija. Hu responsabbli biex jagħmel ċert li l-pubblikazzjonijiet reċenti qegħdin hemm u li huma fl-ordni. Hu jew l-għalliem tiegħek tal-Bibbja jistaʼ jurik kif issib l-informazzjoni li għandek bżonn. Madankollu, l-ebda ktieb tal-librerija m’għandu jinħareġ barra mis-Sala tas-Saltna. U, m’għandniex xi ngħidu, irridu nżommu l-kotba f’kundizzjoni tajba u ma nagħmlulhom ebda marka fuqhom.

Il-Bibbja tispjega li biex insibu “l-għarfien t’Alla,” jeħtieġ li nkunu lesti biex infittxuh “bħal teżori moħbijin.” (Proverbji 2:1-5) Il-librerija tas-Sala tas-Saltna tistaʼ tgħinek tibda t-tfittxija tiegħek.

  • Liema għodda għar-riċerka hi disponibbli fil-librerija tas-Sala tas-Saltna?

  • Min jistaʼ jgħinek tagħmel l-aħjar użu mil-librerija?