Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 28

X’Tista’ Ssib fuq il-Websajt Tagħna?

X’Tista’ Ssib fuq il-Websajt Tagħna?

Franza

Il-Polonja

Ir-Russja

Ġesù Kristu qal lis-segwaċi tiegħu: “Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajbin tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.” (Mattew 5:16) Għal din ir-raġuni, aħna qegħdin nagħmlu użu tajjeb mit-teknoloġija moderna, inkluż l-Internet. Il-websajt tagħna, jw.org, hija s-sors t’informazzjoni uffiċjali fuq l-Internet dwar it-twemmin u l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Fiex tikkonsisti?

It-tweġibiet mill-Bibbja għal mistoqsijiet li jqumu spiss. Tistaʼ ssib it-tweġibiet għal ftit mill-iktar mistoqsijiet importanti li n-nies qatt staqsew. Pereżempju, il-fuljetti It-tbatija qatt se tintemm? u Jistgħu l-mejtin verament jerġgħu jgħixu? huma disponibbli fuq l-Internet b’iktar minn 600 lingwa. Tistaʼ ssib ukoll it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida b’iktar minn 130 lingwa u għadd t’għajnuniet għall-istudju tal-Bibbja, fosthom il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? u l-ħarġiet tal-aħħar tat-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Ħafna minn dawn il-pubblikazzjonijiet tistaʼ taqrahom jew tismagħhom minn fuq l-Internet jew tniżżilhom f’formats popolari bħall-MP3, PDF, jew EPUB. Tistaʼ saħansitra tipprintja xi ftit paġni biex tagħtihom lil xi ħadd interessat bil-lingwa tiegħu stess! Pubblikazzjonijiet fuq vidjow huma disponibbli b’ħafna lingwi tas-sinjali. Tistaʼ tniżżel qari drammatiku mill-Bibbja, drammi tal-Bibbja, u mużika tal-widna li tistaʼ titpaxxa tismagħha waqt il-ħin liberu tiegħek.

Informazzjoni vera dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Issib ukoll l-aħħar aħbarijiet u vidjows qosra dwar ix-xogħol tagħna taʼ madwar id-dinja, ġrajjiet li jeffettwaw lix-Xhieda taʼ Ġeħova, u l-isforzi tagħna biex ngħinu lil oħrajn. Tistaʼ ssib avviżi dwar konvenzjonijiet li se jsiru u informazzjoni taʼ kif tistaʼ tikkuntattja lill-uffiċċji tal-fergħa tagħna.

Permezz taʼ dawn il-mezzi, aħna qed niddu d-dawl tal-verità fl-iktar partijiet iżolati tad-dinja. Qed jibbenefikaw nies minn kull kontinent, fosthom l-Antartika. Aħna nitolbu li “l-kelma taʼ Ġeħova tibqaʼ tixtered bil-ħeffa” fl-art kollha, għall-glorja t’Alla.—2 Tessalonikin 3:1.

  • Il-websajt jw.org kif qed tgħin lil iktar nies biex jitgħallmu l-verità tal-Bibbja?

  • X’tixtieq tfittex fuq il-websajt tagħna?