Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 12

In-Neputi taʼ Pawlu Kien Kuraġġuż

In-Neputi taʼ Pawlu Kien Kuraġġuż

Ejja nitgħallmu dwar żagħżugħ li salva l-ħajja taʼ zijuh. Iz-ziju taż-żagħżugħ kien l-appostlu Pawlu. Ma nafux x’kien jismu ż-żagħżugħ, imma nafu li għamel xi ħaġa kuraġġuża ħafna. Tixtieq tismaʼ dwar dak li għamel?—

Pawlu kien il-ħabs f’Ġerusalemm. Kien ġie arrestat għax kien qed jipprietka dwar Ġesù. Xi rġiel ħżiena kienu jobogħdu lil Pawlu, allura għamlu pjan mill-agħar. Huma qalu: ‘Ejja nitolbu lill-kap tal-armata biex jgħid lis-suldati tiegħu biex jieħdu lil Pawlu l-qorti. Aħna se nistaħbew fit-triq, u meta Pawlu jgħaddi minn hemm, se noqtluh!’

In-neputi taʼ Pawlu qal lil Pawlu u lill-kap tal-armata dwar il-pjan mill-agħar

In-neputi taʼ Pawlu semaʼ bil-pjan. X’kien se jagħmel? Mar il-ħabs u lil Pawlu qallu b’kollox. Mill-ewwel, Pawlu qallu biex jgħid lill-kap tal-armata dwar il-pjan mill-agħar. Taħseb li kien faċli għan-neputi taʼ Pawlu li jkellem lill-kap?— Le, għax il-kap kien raġel importanti. Imma n-neputi taʼ Pawlu kien kuraġġuż u kellem lill-kap.

Il-kap kien jaf eżatt x’għandu jagħmel. Ħejja armata taʼ kważi 500 suldat biex jipproteġu lil Pawlu! Qalilhom biex lil Pawlu jiħduh Ċesarija dak il-lejl stess. Ġiet salvata l-ħajja taʼ Pawlu?— Iva, l-irġiel ħżiena ma setgħux jattakkawh! Il-pjan mill-agħar tagħhom ma ħadimx.

X’tistaʼ titgħallem minn din l-istorja?— Inti wkoll tistaʼ tkun kuraġġuż bħan-neputi taʼ Pawlu. Hemm bżonn inkunu kuraġġużi meta nkellmu lil oħrajn dwar Ġeħova. Inti se tkun kuraġġuż u tibqaʼ titkellem dwar Ġeħova?— Jekk tagħmel hekk, forsi ssalva lil xi ħadd.