Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 14

Saltna li Se Taħkem fuq id-Dinja Kollha

Saltna li Se Taħkem fuq id-Dinja Kollha

Tistaʼ taqtaʼ dwar liema Saltna qed nitkellmu?— Iva, hi s-Saltna t’Alla, is-Saltna li se tagħmel id-dinja ġenna tal-art. Tixtieq issir taf iktar dwar din is-Saltna?—

Kull saltna għandha sultan. U s-sultan jaħkem fuq in-nies taʼ pajjiżu. Taf min hu s-Sultan tas-Saltna t’Alla?— Ġesù Kristu. Hu jgħix fis-sema. Dalwaqt se jkun is-Sultan fuq kulħadd fid-dinja! Taħseb li se nkunu ferħanin meta Ġesù jkun is-Sultan fuq id-dinja kollha?—

Inti għal xiex qed tħares ’il quddiem fil-Ġenna tal-art?

Se nkunu ferħanin ħafna! Fil-Ġenna tal-art, in-nies mhux se jibqgħu jiġġieldu jew imorru għall-gwerra. Kulħadd se jħobb lil xulxin. Ħadd mhu se jimrad jew imut. L-għomja se jaraw, it-torox se jisimgħu, u dawk li ma jistgħux jimxu se jkunu jistgħu jiġru u jaqbżu. Kulħadd se jkollu ħafna x’jiekol. U l-annimali se jkunu ħbieb maʼ xulxin u magħna wkoll. Nies li mietu se jerġgħu jgħixu. Ħafna mill-irġiel u n-nisa li tgħallimt dwarhom f’dan il-browxer bħal Rebekka, Raħab, David, u Elija wkoll se jerġgħu jgħixu! Tixtieq tiltaqaʼ magħhom meta jiġu lura?—

Ġeħova jħobbok u jridek tkun ferħan. Jekk tibqaʼ titgħallem dwar Ġeħova u tobdih, se tkun tistaʼ tgħix għal dejjem f’ġenna tal-art mill-isbaħ! Inti hekk tixtieq?—