Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Xellug: Il-familja Betel fi Brooklyn iċċelebrat il-Milied għall-aħħar darba fl-1926; lemin: In-nies jinnotaw li x-Xhieda taʼ Ġeħova huma differenti

IT-​3 SEZZJONI

Il-livelli tas-Saltna—It-tfittxija tas-sewwa t’Alla

Il-livelli tas-Saltna—It-tfittxija tas-sewwa t’Alla

ISSELLEM lil ġar tiegħek hekk kif tgħaddi minn ħdejh. Dan l-​aħħar innotajt li kien qed josserva kemm lilek u kemm lil familtek. Isellimlek lura u jgħidlek: “Jimporta nsaqsik xi ħaġa? X’inhu dak li jagħmilkom tant differenti?” Int issaqsih: “X’jiġifieri?” Iwieġbek: “Intom Xhieda taʼ Ġeħova, hux? M’intomx bħan-​nies l-​oħra jew bħar-​reliġjonijiet l-​oħra. Ma tiċċelebrawx il-​festi, u ma tinvolvux ruħkom fil-​politika u l-​gwerer. Ħadd minnkom ma jpejjep u int u l-​familja tiegħek nies tajbin. Għala intom tant differenti f’ħafna aspetti tal-​ħajja?”

Taf li t-​tweġiba fi ftit kliem hi din: Qed ngħixu taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla. Bħala s-​Sultan, Ġesù l-​ħin kollu qed jirfinana. Qed jgħinna nimxu fil-​passi tiegħu, u b’hekk nispikkaw bħala li aħna differenti f’din id-​dinja mill-​agħar. F’din is-​sezzjoni, se naraw kif is-​Saltna Messjanika rfinat u għadha qed tirfina n-​nies t’Alla fl-​ispiritwalità, fil-​morali, u fl-​organizzar—kollox għall-​glorja taʼ Ġeħova.

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 10

Is-Sultan jirfina lil niesu f’sens spiritwali

Il-Milied u s-salib x’għandhom komuni?

KAPITLU 11

Irfinar morali—Jirrifletti l-qdusija t’Alla

Il-kmamar tal-għassa u l-bibien tal-viżjoni tat-tempju t’Eżekjel kellhom tifsira speċjali għan-nies t’Alla sa mill-1914.

KAPITLU 12

Organizzati biex naqdu lill-“Alla tal-paċi”

Il-Bibbja ma tagħmilx kuntrast bejn id-diżordni u l-ordni, imma bejn id-diżordni u l-paċi. Għala? U t-tweġiba kif teffettwa lill-Kristjani llum?