Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Xellug: Pubblikatur qed jiġi arrestat talli pprietka f’Eindhoven, l-Olanda, 1945; Lemin: Għandek id-dritt legali li tipprietka fejn tgħix?

IR-4 SEZZJONI

Ir-rebħiet tas-Saltna—L-aħbar tajba tiġi stabbilita legalment

Ir-rebħiet tas-Saltna—L-aħbar tajba tiġi stabbilita legalment

WAQT li tkun qed tipprietka minn dar għal dar, tismaʼ s-​sireni fil-​bogħod. Il-​ħoss jinstemaʼ li qed joqrob. Hekk kif tkellem lill-​inkwilin li jmiss, l-​oħt li qed taħdem magħha tiġi distratta meta tieqaf ħdejkom karozza tal-​pulizija. Joħroġ pulizija u jiġi fuqkom. “Intom it-​tnejn kontu qed tħabbtu l-​bibien u titkellmu dwar il-​Bibbja? Irċivejna xi lmenti!” Twieġeb b’rispett u tgħid li intom tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Issa x’se jiġri?

Fil-​maġġorparti, dak li se jiġri jiddependi mill-​istorja. Matul is-​snin, il-​gvern tal-​pajjiż fejn tgħix kif ittratta max-​Xhieda taʼ Ġeħova? Hemm xi ftit libertà reliġjuża? Jekk iva, dan abbli għandu ħafna x’jaqsam mal-​mod kif ħutek spiritwali tul is-​snin stinkaw biex ‘jiddefendu u jistabbilixxu legalment l-​aħbar tajba.’ (Flp. 1:7) Tgħix fejn tgħix, tassew tistaʼ ssaħħaħ il-​fidi tiegħek jekk taħseb ftit dwar ir-​rebħiet legali li kellhom ix-​Xhieda taʼ Ġeħova. F’din is-​sezzjoni, se neżaminaw ftit minn dawn ir-​rebħiet tal-​għaġeb. Ir-​rebħiet tagħna jagħtu prova li s-​Saltna hi reali għax żgur li ma kienx jirnexxilna nwettqu dan kollu bil-​ħila tagħna stess!

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 13

Predikaturi tas-Saltna jiftħu kawża l-qorti

Imħallfin f’xi qrati superjuri taʼ żmienna għandhom l-istess ħarsa li kellu l-għalliem tal-liġi tal-qedem Gamaljel.

KAPITLU 14

Nappoġġaw b’lealtà l-gvern t’Alla biss

Ix-“xmara” taʼ persekuzzjoni li ġarrbu x-Xhieda taʼ Ġeħova minħabba n-newtralità politika tagħhom inbelgħet minn sors mhux mistenni.

KAPITLU 15

Niġġieldu għal-libertà tal-qima

In-nies t’Alla ġġieldu għad-dritt li jobdu l-liġi tas-Saltna t’Alla.