Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 146

Dan għamiltuh miegħi

Dan għamiltuh miegħi

Niżżel:

(Mattew 25:34-40)

  1. Nagħ’ġ oħrajn ta’ Ġesù jaqdu mal-midlukin,

    lill-għarusa ta’ Kristu jgħinu f’kull ħin.

    Dawk li jfarrġu ’l ħut Kristu

    u jaħdmu flimkien,

    Ġesù jgħid li jtihom il-ħajja bla tmiem.

    (KOR)

    “Kulm’ għamiltu ilkoll ma’ dawn ħuti ż-żgħar,

    Jien inqisu li miegħi dan ikun sar.

    Il-faraġ li tagħtu u x-xogħol tax-xandir

    Hekk kif tgħinu ’l ħuti, jġibli ferħ kbir

    U inqisu li miegħi dan qed isir.”

  2. “Farraġtuni hekk kif kont bil-għatx u bil-ġuħ,

    libbistuni, tmajtuni​—⁠b’hekk kont milqugħ.”

    U jwiġbuh: “Meta konn’ għamilnieh

    miegħek dan?”

    Imbagħ’d iwiġibhom hekk il-Kbir Sultan:

    (KOR)

    “Kulm’ għamiltu ilkoll ma’ dawn ħuti ż-żgħar,

    Jien inqisu li miegħi dan ikun sar.

    Il-faraġ li tagħtu u x-xogħol tax-xandir

    Hekk kif tgħinu ’l ħuti, jġibli ferħ kbir

    U inqisu li miegħi dan qed isir.”

  3. “Atti ta’ lealtà u għemejjel tajbin

    żgur urejtu hekk kif xandartu f’kull ħin.”

    U mbagħ’d lill-merħla kbira

    li tikber żgur fl-għadd,

    jgħid: “Irtu il-ħajja perfetta fuq l-art.”

    (KOR)

    “Kulm’ għamiltu ilkoll ma’ dawn ħuti ż-żgħar,

    Jien inqisu li miegħi dan ikun sar.

    Il-faraġ li tagħtu u x-xogħol tax-xandir

    Hekk kif tgħinu ’l ħuti, jġibli ferħ kbir

    U inqisu li miegħi dan qed isir.”