Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 6

Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida

Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida

Noè, il-​familja tiegħu, u l-​annimali daħlu fl-​arka. Ġeħova għalaq il-​bieb, u bdiet nieżla x-​xita. Tant għamlet xita li l-​arka bdiet tifflowtja. Fl-​aħħar, id-​dinja kollha spiċċat mgħarrqa. In-​nies ħżiena kollha li kienu baqgħu barra, mietu. Imma Noè u l-​familja tiegħu kienu protetti għax kienu ġewwa. Tistaʼ timmaġina kemm kienu ferħanin li kienu obdew lil Ġeħova?

Ix-​xita damet nieżla bil-​qliel għal 40 jum u 40 lejl, u mbagħad waqfet. Bil-​mod il-​mod, il-​livell tal-​ilma beda jonqos. U fl-​aħħar, l-​arka straħet fuq il-​muntanji. Imma peress li kien għad hemm ħafna ilma maʼ kullimkien, Noè u l-​familja tiegħu ma setgħux joħorġu mill-​arka mill-​ewwel.

Ftit ftit, l-​ilma nixef kollu. B’kollox, Noè u l-​familja tiegħu damu fl-​arka għal iktar minn sena. Imbagħad Ġeħova qalilhom li jistgħu joħorġu. Huma ħarġu mill-​arka għal ġo dinja ġdida fejn ma kienx għad baqaʼ nies ħżiena. Huma apprezzaw ħafna li Ġeħova kien salvahom, u wrew dan billi offrew offerta lil Ġeħova.

Ġeħova ħa pjaċir b’din l-​offerta. Hu wiegħed li qatt ma kien se jerġaʼ jeqred kulma hawn fuq l-​art b’dulluvju. Bħala sinjal tal-​wegħda tiegħu, hu għamel li tidher l-​ewwel qawsalla fis-​sema. Int ġieli rajt qawsalla?

Ġeħova qalilhom ukoll biex ikollhom it-​tfal u jimlew l-​art.

“[In-​nies] ma tawx kas sakemm ġie d-​dilluvju u kinishom ilkoll.”—Mattew 24:39