Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 8

Abraham u Sara obdew lil Alla

Abraham u Sara obdew lil Alla

Kien hemm belt mhux ’il bogħod ħafna minn Babel li kien jisimha Ur. In-​nies taʼ Ur kienu jqimu lil Ġeħova u lil ħafna allat oħra. Imma kien hemm raġel li kien iqim biss lil Ġeħova. Dan kien jismu Abraham.

Ġeħova qal lil Abraham: ‘Ħalli d-​dar u lil dawk li jiġu minnek, u mur fl-​art li se nurik.’ Imbagħad, Alla wiegħdu: ‘Int se ssir ġens kbir, u jien għad nagħmel affarijiet tajbin lil ħafna nies mal-​art kollha permezz tiegħek.’

Abraham ma kienx jaf fejn Ġeħova riedu jmur, imma hu fada f’Ġeħova. Allura, Abraham, martu Sara, missieru Teraħ, u n-​neputi tiegħu Lot ippakkjaw l-​affarijiet u b’ubbidjenza bdew il-​vjaġġ twil tagħhom.

Abraham kellu 75 sena meta hu u l-​familja tiegħu waslu fl-​art li Ġeħova riedhom jaraw. Din kien jisimha l-​art taʼ Kangħan. Hemmhekk Alla kellem lil Abraham u għamillu din il-​wegħda: ‘L-​art kollha li qed tara madwarek se nagħtiha lil uliedek.’ Imma Abraham u Sara kienu xjuħ u ma kellhomx tfal. Allura, Ġeħova kif kien se jwettaq din l-​wegħda?

“Bil-​fidi Abraham . . . obda u mar f’post li kellu jirċivih bħala wirt; u mar, għalkemm ma kienx jaf fejn kien sejjer.”—Ebrej 11:8