Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 18

Is-siġra tal-għollieq taqbad

Is-siġra tal-għollieq taqbad

Mosè għex f’Midjan għal 40 sena. Hu żżewweġ u kellu t-​tfal. Darba waħda, waqt li kien qed jieħu ħsieb in-​nagħaġ tiegħu qrib il-​Muntanja Sinaj, hu ra xi ħaġa tal-​għaġeb. Siġra tal-​għollieq kienet qed taqbad, imma ma bdietx tinħaraq! Meta Mosè resaq viċin biex jara għala, hu semaʼ leħen minn ġos-​siġra jgħid: ‘Mosè! Tersaqx qrib. Neħħi s-​sandli minn saqajk, għax il-​post fejn int wieqaf hu art qaddisa.’ Kien Ġeħova li qed jitkellem permezz t’anġlu.

Mosè beda jibżaʼ, u għalhekk għatta wiċċu. Il-​leħen qal: ‘Jien rajt is-​sofferenza tal-​Iżraelin. Jien se nsalvahom mill-​Eġizzjani u niħodhom f’art tajba. Int se tkun il-​wieħed li se toħroġ lill-​poplu tiegħi mill-​Eġittu.’ Taħseb li Mosè kien sorpriż b’dan il-​kliem?

Mosè staqsa: ‘Meta n-​nies jistaqsuni min bagħatni, x’għandi ngħidilhom?’ Alla wieġbu: ‘Għidilhom li Ġeħova, l-​Alla t’Abraham, l-​Alla taʼ Iżakk, u l-​Alla taʼ Ġakobb bagħatni.’ Imbagħad, Mosè qallu: ‘U jekk in-​nies ma jisimgħux minni?’ Għal dan, Ġeħova ta prova lil Mosè li Hu kien se jgħinu. Hu qal lil Mosè biex jitfaʼ l-​bastun tiegħu mal-​art. Imbagħad, il-​bastun sar serp! Meta Mosè qabad is-​serp minn denbu, dan reġaʼ sar bastun. Ġeħova qallu: ‘Meta int tagħmel dan quddiemhom, se jkun prova li jien bgħattek.’

Mosè qal: “Jien m’iniex kelliemi tajjeb.” Ġeħova wiegħdu: ‘Jien se ngħidlek x’għandek tgħid, u se nibgħat lil ħuk Aron biex jgħinek.’ Billi kien jaf li Ġeħova kien miegħu, Mosè ħa lill-​mara u lit-​tfal tiegħu lura l-​Eġittu.

“Tkunux ansjużi dwar x’se tgħidu jew kif se tgħiduh; għax dak li għandkom tgħidu se jingħatalkom dak il-​ħin.”—Mattew 10:19