Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni għal sezzjoni 6

Introduzzjoni għal sezzjoni 6

Fl-​aħħar l-​Iżraelin waslu ħdejn l-​Art Imwiegħda, fejn hemmhekk it-​tabernaklu sar l-​iktar post importanti għall-​qima vera. Il-​qassisin għallmu l-​Liġi, u l-​imħallfin iggwidaw lill-​poplu. Din is-​sezzjoni turi kif id-​deċiżjonijiet u l-​azzjonijiet taʼ persuna jistgħu jaffettwaw ħafna lil oħrajn. Kull Iżraeli kellu jkun leali lejn Ġeħova u jittratta sew lil sieħbu. Iġbed l-​attenzjoni lejn l-​effett li Debora, Nagħomi, Ġożwè, Ħanna, bint Ġefta, u Samwel kellhom fuq in-​nies taʼ madwarhom. Spjega kif anke wħud li ma kinux Iżraelin, bħal Raħab, Rut, Ġagħel, u l-​Gibegħonin, iddeċidew li jingħaqdu mal-​Iżraelin għax kienu jafu li Alla hu magħhom.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 29

Ġeħova għażel lil Ġożwè

Alla ta istruzzjonijiet lil Ġożwè li llum jistgħu jgħinu lilna wkoll.

LEZZJONI 30

Raħab ħbiet l-ispiji

Is-swar taʼ Ġeriko waqgħu u tfarrku. Imma d-dar taʼ Raħab baqgħet wieqfa, avolja kienet parti mis-sur.

LEZZJONI 31

Ġożwè u l-Gibegħonin

Ġożwè talab lil Alla biex ix-xemx ma tiċċaqlaqx. Wieġbu Alla?

LEZZJONI 32

Mexxej ġdid u żewġ nisa kuraġġużi

Wara li Ġożwè miet, l-Iżraelin bdew iqimu l-idoli. Il-ħajja kienet saret diffiċli, imma l-għajnuna ġiet permezz taʼ Barak, Debora, u Ġagħel!

LEZZJONI 33

Rut u Nagħomi

Żewġ nisa li mitilhom ir-raġel imorru lura f’Iżrael. Waħda min-nisa, Rut, marret taħdem fl-għelieqi, u hemm ġiet innotata minn Bogħaż.

LEZZJONI 34

Gidegħon rebaħ lill-Midjanin

Wara li l-Midjanin għamluhom il-ħajja tagħhom diffiċli, l-Iżraelin talbu ’l Ġeħova għall-għajnuna. L-armata taʼ Gidegħon kif imbagħad rebħet lil 135,000 suldat?

LEZZJONI 35

Ħanna titlob biex ikollha tifel

Elkana jieħu lil Ħanna u lil Peninna u l-familja biex iqimu fit-tabernaklu f’Silo. Hemmhekk, Ħanna titlob biex ikollha tifel. Inqas minn sena wara, hi kellha lil Samwel!

LEZZJONI 36

Il-wegħda taʼ Ġefta

Ġefta x’wegħda għamel, u għala għamilha? Bint Ġefta kif irreaġixxiet għall-wegħda li għamel missierha?

LEZZJONI 37

Ġeħova jkellem lil Samwel

Iż-żewġ ulied tal-Qassis il-Kbir Għeli qdew bħala qassisin fit-tabernaklu, imma m’obdewx il-liġijiet t’Alla. Samwel kien differenti u Ġeħova kellmu.

LEZZJONI 38

Ġeħova għamel lil Sansun b’saħħtu

Alla għamel lil Sansun b’saħħtu biex jiġġieled lill-Filistin, imma meta hu għamel deċiżjoni ħażina, il-Filistin qabduh