Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni għal sezzjoni 9

Introduzzjoni għal sezzjoni 9

Din is-​sezzjoni tgħallimna dwar uħud żgħar fl-​età, profeti, u slaten li wrew fidi kbira f’Ġeħova. Fis-​Sirja, tifla żgħira Iżraelija kellha fidi li l-​profeta taʼ Ġeħova setaʼ jfejjaq lil Nagħman. Il-​profeta Eliżew kien konvint li Ġeħova kien se jipproteġih mill-​armata tal-​għadu. Il-​Qassis il-​Kbir Ġeħojada rriskja ħajtu biex jipproteġi liċ-​ċkejken Ġeħogħas minn nanntu Għatalija, li kienet kattiva. Is-​Sultan Ħeżekija wera fidi li Ġeħova kien se jsalva lil Ġerusalemm, u ma beżax minn dak li kienu se jagħmlulhom l-​Assirjani. Is-​Sultan Ġosija neħħa l-​idolatrija mill-​art, irranġa t-​tempju, u għen lill-​poplu jdur lura lejn il-​qima vera.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 51

Raġel gwerrier u tifla żgħira

Tifla lsira li hi Iżraelija tgħid lill-mara taʼ sidha li kien marid, dwar il-qawwa kbira taʼ Ġeħova—b’riżultati mirakolużi.

LEZZJONI 52

L-armata tan-nar taʼ Ġeħova

Kif il-qaddej taʼ Eliżew jirnexxilu jara li hemm iktar magħhom milli mal-oħrajn.

LEZZJONI 53

Il-kuraġġ li wera Ġeħojada

Qassis leali jieħu waqfa soda kontra sultana kattiva.

LEZZJONI 54

Ġeħova kien paċenzjuż maʼ Ġona

Wieħed mill-profeti t’Alla kif spiċċa f’żaqq ħuta kbira? Kif ħareġ minnha? U Ġeħova x’tagħlima tah?

LEZZJONI 55

Anġlu taʼ Ġeħova jipproteġi lil Ħeżekija

L-għedewwa taʼ Ġuda jgħidu li Ġeħova mhux se jipproteġi lin-nies tiegħu, imma għandhom żball!

LEZZJONI 56

Ġosija kien iħobb il-Liġi t’Alla

Taʼ tmien snin, Ġosija jsir sultan, u hu jgħin lin-nies tiegħu jqimu lil Ġeħova.