Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni għal sezzjoni 14

Introduzzjoni għal sezzjoni 14

Il-​Kristjani tal-​bidu xandru l-​aħbar tajba tas-​Saltna sal-​iktar parti ’l bogħod tal-​art. Ġesù tahom gwida fejn għandhom jippritkaw u b’mod mirakoluż tahom l-​abbiltà li jgħallmu bil-​lingwi li jitkellmu n-​nies. Ġeħova tahom il-​kuraġġ u l-​qawwa biex jegħlbu persekuzzjoni ħarxa.

Ġesù ta lill-​appostlu Ġwanni viżjoni tal-​glorja taʼ Ġeħova. F’viżjoni oħra, Ġwanni ra s-​Saltna tas-​smewwiet tirbaħ lil Satana u teqred darba għal dejjem il-​ħakma tiegħu. Hu ra wkoll lil Ġesù jmexxi bħala Sultan u l-​144,000 imexxu miegħu. Ġwanni ra wkoll id-​dinja kollha ssir ġenna tal-​art fejn kulħadd iqim lil Ġeħova fil-​paċi u fl-​unità.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 94

Id-dixxipli jirċievu l-ispirtu qaddis

X’qawwa mirakoluża jagħtihom l-ispirtu qaddis?

LEZZJONI 95

Xejn ma setaʼ jwaqqafhom

Il-mexxejja reliġjużi li qatlu lil Ġesù, issa jipprovaw iwaqqfu lid-dixxipli milli jippritkaw. Imma ma jistgħux.

LEZZJONI 96

Ġesù jagħżel lil Sawl

Sawl hu għadu vjolenti tal-Kristjani, imma dan dalwaqt jinbidel.

LEZZJONI 97

Kornelju jirċievi l-ispirtu qaddis

Alla għala jibgħat lil Pietru fid-dar taʼ dan ir-raġel, li mhuwiex Lhudi?

LEZZJONI 98

It-tagħlim Kristjan jixxandar f’ħafna pajjiżi

L-appostlu Pawlu u sħabu l-missjunarji jibdew ix-xogħol tal-ippritkar f’pajjiżi ’l bogħod.

LEZZJONI 99

Gwardjan tal-ħabs jitgħallem dwar Alla

Pawlu u Sila għala jiġu mitfugħin il-ħabs? Il-gwardjan tal-ħabs kif jitgħallem dwar Alla?

LEZZJONI 100

Pawlu u Timotju

Iż-żewġt irġiel jaħdmu flimkien bħala ħbieb u jaqdu lil ħuthom flimkien għal ħafna snin.

LEZZJONI 101

Pawlu jintbagħat Ruma

Il-vjaġġ hu mimli perikli, imma l-ebda diffikultà mhi se twaqqaf lil dan l-appostlu.

LEZZJONI 102

Il-viżjonijiet taʼ Ġwanni

Ġesù jagħtih ħafna viżjonijiet wara xulxin dwar il-futur.

LEZZJONI 103

‘Ħa tiġi Saltnatek’

Il-viżjoni li tingħata lil Ġwanni turi kif is-Saltna t’Alla se tbiddel il-ħajja fuq l-art.