GĦANJA 3
Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama
-
1. O Ġeħova, lilna tama tajt,
kemm hi għal qalbna din!
Hija tama eċċitanti
li nxandru lill-bnedmin.
Biss kultant, dil-ħajja ġġib l-inkwiet
u ninħakmu mill-beżgħat.
Tiddgħajfilna mbagħ’d it-tama
li qabel tant spikkat.
(RITORNELL)
Int tqawwina, tfarraġna,
b’hekk fik nafdaw
b’fiduċja li tgħinna b’kull mod.
Fl-ippritkar, fit-tagħlim,
aħna fik nafdaw
għax minna żgur qatt m’int ’il bogħʼd.
-
2. O Jah, għinna qatt ma ninsew dan:
tfarraġna int kuljum.
Meta ngħaddu mill-problemi,
int tgħinna bla ma ddum.
Ħsibijiet bħal dawn iqawwu ’l-qalb,
sodi nsiru lkoll bħal blat.
B’hekk b’kuraġġ noħorġu nxandru
lil ismek maʼ kulħadd.
(RITORNELL)
Int tqawwina, tfarraġna,
b’hekk fik nafdaw
b’fiduċja li tgħinna b’kull mod.
Fl-ippritkar, fit-tagħlim,
aħna fik nafdaw
għax minna żgur qatt m’int ’il bogħʼd.
(Ara wkoll Salm 72:13, 14; Prov. 3:5, 6, 26; Ġer. 17:7.)