GĦANJA 9
Ġeħova hu s-Sultan tagħna!
-
1. Ifirħu, tuh glorja ’l Ġeħova,
Għax tjubitu stqarrew is-smewwiet biċ-ċar.
’L Alla tagħna ħa nfaħħru b’għanjiet taʼ tifħir;
Ejja nxandru dwar għemilu kbir.
(RITORNELL)
Ħa jifirħu s-smewwiet, Ħalli l-art tifraħ b’dan,
Għax Ġeħova sar tagħna s-Sultan!
Ħa jifirħu s-smewwiet, Ħalli l-art tifraħ b’dan,
Għax Ġeħova tagħna sar Sultan!
-
2. Il-glorja tiegħu lill-ġnus xandar
Għax Ġeħova hu Alla li jġib ħelsien.
Żgur Ġeħova Sultan; Hu jistħoqqlu tifħir.
Nadurawh quddiem it-tron setgħan.
(RITORNELL)
Ħa jifirħu s-smewwiet, Ħalli l-art tifraħ b’dan,
Għax Ġeħova sar tagħna s-Sultan!
Ħa jifirħu s-smewwiet, Ħalli l-art tifraħ b’dan,
Għax Ġeħova tagħna sar Sultan!
-
3. Ġiet issa s-Saltna ġusta t’Alla.
Fuq it-tron qiegħed ’l Ibnu li hu midluk.
Bl-għajb jitwarrbu u jistħu
tad-dinja l-allat
Għax taʼ Alla biss huwa t-tifħir.
(RITORNELL)
Ħa jifirħu s-smewwiet, Ħalli l-art tifraħ b’dan,
Għax Ġeħova sar tagħna s-Sultan!
Ħa jifirħu s-smewwiet, Ħalli l-art tifraħ b’dan,
Għax Ġeħova tagħna sar Sultan!
(Ara wkoll l-1 Kron. 16:9; Salm 68:20; 97:6, 7.)