GĦANJA 15
Faħħru l-Ewwel Imwieled taʼ Ġeħova!
-
1. ’L Bin Ġeħova faħħru!
Minn Alla, s-Sultan maħtur.
Għas-sew u l-ħaqq isaltan;
Saltnatu b’barkiet se tfur.
Lill-isem t’Alla jħobbu.
Hu rett u dinjituż.
Jiġġieled għal Ġeħova
Li hu s-Sovran grandjuż.
(RITORNELL)
’L Bin Ġeħova faħħru!
Kien l-ewwel fost il-ħolqien.
Fuq Sijon issa tqiegħed,
Infaħħru s-Sultan flimkien.
-
2. ’L Bin Ġeħova faħħru!
Biex ngħixu, għalina miet.
Tant umli, pprovda l-fidwa;
B’hekk jaħfer Jah id-dnubiet.
L-għarusa mżejna bl-abjad,
Lil Kristu tistennieh.
Daż-żwieġ li jseħħ fis-sema,
Lil Alla se jtih ġieħ.
(RITORNELL)
’L Bin Ġeħova faħħru!
Kien l-ewwel fost il-ħolqien.
Fuq Sijon issa tqiegħed,
Infaħħru s-Sultan flimkien.