GĦANJA 22
Bil-lest is-Saltna hi—Ħa tiġi!
-
1. Ġeħova, minn dejjem int kont:
Setgħan, glorjuż, etern.
ʼL-għażiż Ibnek tajtu it-tron;
Hu jmexxi dan il-gvern.
Is-Saltna twaqqfet fis-smewwiet,
Se timla l-art b’sliem u barkiet.
(RITORNELL)
Għax issa se naraw
Is-Saltna, il-qawwa, l-ħelsien.
Bil-lest is-Saltna hi.
“Ħa tiġi!” nitolbu flimkien.
-
2. Fis-sema b’ferħ l-anġli jkantaw
Għax tkeċċa ix-Xitan.
Hu twaddab lejn l-art għal ftit żmien;
Fis-sema hemm serħan!
Is-Saltna twaqqfet fis-smewwiet,
Se timla l-art b’sliem u barkiet.
(RITORNELL)
Għax issa se naraw
Is-Saltna, il-qawwa, l-ħelsien.
Bil-lest is-Saltna hi.
“Ħa tiġi!” nitolbu flimkien.
-
3. Għalkemm ngħixu f’jiem taʼ inkwiet,
Ma niffokawx fuq dan
Għax nafu li dan għal ftit biss—
Qrib hu t-tmiem tax-Xitan.
Is-Saltna twaqqfet fis-smewwiet,
Se timla l-art b’sliem u barkiet.
(RITORNELL)
Għax issa se naraw
Is-Saltna, il-qawwa, l-ħelsien.
Bil-lest is-Saltna hi.
“Ħa tiġi!” nitolbu flimkien.
(Ara wkoll Dan. 2:34, 35; 2 Kor. 4:18.)