Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 24

Ejjew lejn il-muntanja taʼ Ġeħova

Ejjew lejn il-muntanja taʼ Ġeħova

(Isaija 2:2-​4)

  1. 1. Erfaʼ ħarstek illum

    ’Il fuq mill-​għoljiet tant kbar.

    Hemm hi l-​muntanja t’Alla

    Li tgħolliet f’dan il-​jum.

    Jiġu l-​popli mill-​bogħ’d,

    Minn kull tarf tal-​art ġejjin.

    Jgħidu: ‘Lkoll ejjew, aqdu

    W obdu ’l Alla kuljum.’

    Issa dan huwa ż-​żmien

    Biex iż-​żgħir isir ġens kbir, setgħan

    B’t’Alla l-​gwida w barkiet

    Qed niżdiedu tassew b’mod kotran.

    Lejh miljuni resqin;

    Jaċċettaw li hu s-​Sovran.

    ’L Alla ma jwarrbuh qatt;

    Leali minn jum għal jum.

  2. 2. Kristu tana il-​kmand

    Biex immorru nippritkaw.

    L-​aħbar tajba tas-​Saltna

    Tilħaq trid lill-​bnedmin.

    Kristu jsaltan minn fuq

    U jħeġġiġna nersqu lejh.

    L-​umli jisimgħu minnu,

    B’kelmet Alla mexjin.

    Hu taʼ ferħ li naraw

    Folla kbira li tkompli tiżdied!

    U ilkoll għandna seh’m

    Ngħinu n-​nies m’Alla sew jagħmlu ħbieb.

    Ejja nsejħu ’l kulħadd

    B’leħen għoli ngħidu dan:

    ‘Ejja f’t’Alla l-​muntanja;

    Tibqaʼ din tul is-​snin.’