GĦANJA 28
Niksbu l-ħbiberija taʼ Ġeħova
(Salm 15)
-
1. Min veru jafek sew?
Min midħla tiegħek sar?
Int lil min tafda? Ma’ min ħabib?
Min jgħix f’taʼ Alla d-dar?
Kull min tant Kliemek jgħożż
U għandu fidi fik.
Dak li leali, li hu tant ġust,
Jgħix ħajtu biss għalik.
-
2. Min jistaʼ jersaq lejk?
Min hu ħabib tassew?
Min hu li jferrħek u għaxqa jtik?
Min b’ismu int taf sew?
Kull min jobdik mill-qalb,
’L ismek jagħtih unur.
Min onest f’qalbu, umli, ħanin,
U tant leali jkun.
-
3. Fuqek nistrieħu Jah,
B’talb niftħu qalbna lkoll.
Bi mħabba tgħaqqad, b’rabta fis-sod,
Tieħu tant ħsiebna wkoll.
Miegħek nixtiequ żgur
Li nibqgħu ħbieb mill-qrib.
L-ebda sħubija isbaħ ma ssib;
Inti l-aħjar Ħabib.
(Ara wkoll Salm 139:1; 1 Pt. 5:6, 7.)