Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 43

Talba taʼ ringrazzjament

Talba taʼ ringrazzjament

(Salm 95:2)

  1. 1. Alla Ġeħova, ’nfaħħruk il-​ħin kollu.

    Nirringrazzjawk, O Missier, f’tagħna t-​talb.

    Fik żgur nafdaw u naqduk b’ruħna kollha,

    Għax int tħarisna u tgħożżna mill-​qalb.

    Kuljum nitolbu għall-​maħfra divina

    Għax imperfetti, bid-​dnub imtaqqlin.

    Kemm aħna grati għall-​fidwa taʼ Ibnek.

    Nirringrazzjawk għax taf li lkoll dgħajfin.

  2. 2. Grati li wrejt tant imħabba w qalb tajba.

    Dan iressaqna qrib tiegħek Missier.

    Għinna naqduk u insiru l-​ħbieb tiegħek,

    Nibqgħu leali w nobduk b’mod sinċier.

    Ferm napprezzaw li b’kuraġġ int timliena.

    B’tiegħek l-​ispirtu ilkoll megħjunin.

    Jalla naqduk b’ferħ u nkunu modesti;

    Grazzi Ġeħova għax tħobb lill-​ġwejdin.