Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 44

Talba taʼ min ikun imnikket

Talba taʼ min ikun imnikket

(Salm 4:1)

  1. 1. Ġeħova qed nitolbok:

    ‘Ħenn għalija; ismaʼ t-​talb.’

    It-​toqol tiegħi kbir u l-​ġrieħi

    nifdu fond fil-​qalb.

    Imnikket jien; b’tamiet għalxejn, l-​ispirtu

    hu miksur.

    O Alla, int farraġni;

    nixtieq tiegħek il-​favur.

    (RITORNELL)

    Biex inkun sod qajjimni int.

    Kull dubju temm, ħa nkun konvint.

    Saħħaħni sew għax iddisprat.

    Ġeħova, fik biss ruħi fdat.

  2. 2. Jekk dgħajjef jien inkun, faraġ

    u kenn Kelmtek iġġib,

    Tesprimi din xi nħoss meta kliem

    ma nkunx nistaʼ nsib.

    Li mħabbtek akbar hi minn qalbi

    wrini għax ansjuż.

    Ibnili l-​fidi b’Kelmtek u

    agħmilni fiduċjuż.

    (RITORNELL)

    Biex inkun sod qajjimni int.

    Kull dubju temm, ħa nkun konvint.

    Saħħaħni sew għax iddisprat.

    Ġeħova, fik biss ruħi fdat.