GĦANJA 63
Aħna x-Xhieda taʼ Ġeħova!
-
1. Statwi jqimu n-nies tal-ġnus,
L-Alla l-veru mhux meqjus.
Dak li Jistaʼ Kollox,
Wera l’hu glorjuż.
L-allat l-oħra bla valur
Ma jafux x’ġej fil-futur.
Lix-xhieda tagħhom ma jsibuhomx,
Għax setgħa t’Alla dawn m’għandhomx.
(RITORNELL)
Xhieda taʼ Ġeħova lkoll,
Mingħajr biżaʼ nwettqu x-xogħ’l.
Kbir Alla tagħna hu fit-tbassir;
Kulma jgħid dejjem isir.
-
2. Ismu b’ħeġġa inxandruh,
Bi kburija fama ntuh.
U l-messaġġ tas-Saltna
Bil-kuraġġ naqsmuh.
Nuru n-nies li l-verità
Tistaʼ ġġib il-libertà.
Jagħmlu progress, u b’ilħna tant sbieħ
Jgħannu lil Alla kant taʼ ġieħ.
(RITORNELL)
Xhieda taʼ Ġeħova lkoll,
Mingħajr biżaʼ nwettqu x-xogħ’l.
Kbir Alla tagħna hu fit-tbassir;
Kulma jgħid dejjem isir.
-
3. ’L Alla nfaħħru bix-xandir,
Jindaf ismu mit-tmaqdir.
Aħna nwissu l-ħżiena
Għax każbruh bil-kbir.
Jaħfer lin-nies Alla jrid,
Jekk iduru lejh mill-ġdid.
Id-devozzjoni ġġib ferħ u sliem,
B’wegħda li ngħixu lkoll bla tmiem.
(RITORNELL)
Xhieda taʼ Ġeħova lkoll,
Mingħajr biżaʼ nwettqu x-xogħ’l.
Kbir Alla tagħna hu fit-tbassir;
Kulma jgħid dejjem isir.
(Ara wkoll Is. 37:19; 55:11; Eżek. 3:19.)