GĦANJA 95
Id-dawl qed jitqawwa
-
1. Dwar Kristu, it-tama li hemm għall-ħolqien,
Kemm xtaqu jitgħallmu l-profeti!
L-ispirtu taʼ Alla rrivela x’kien ġej:
Il-Kristu sabiex ħelsien jagħti.
Iż-żmien li l-Messija isaltan hu hawn;
Ferm ċara l-preżenza naraw.
Kbir hu l-privileġġ li nitgħallmu dwar dan;
L-anġli wkoll dan jixtiequ jaraw!
(RITORNELL)
Id-dawl fi triqitna llum tqawwa;
Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-jum.
Ejjew araw Alla x’qed juri;
F’kull pass jiggwidana illum.
-
2. Nafdaw lill-ilsir għax maħtur mill-Mulej;
Jitmagħna fil-waqt b’ikel tant bnin.
Dawl il-verità qed jitqawwa maż-żmien,
U jqanqal il-qalb u l-moħħ f’kull ħin.
Triqitna tiddawwal u l-passi fis-sod;
Qed nimxu f’dawl qawwi tal-jum.
Dan grazzi ’l Ġeħova, s-Sors tal-verità,
Grati ferm nimxu f’triqtu illum.
(RITORNELL)
Id-dawl fi triqitna llum tqawwa;
Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-jum.
Ejjew araw Alla x’qed juri;
F’kull pass jiggwidana illum.
(Ara wkoll Rum. 8:22; 1 Kor. 2:10; 1 Pt. 1:12.)