Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 106

Nikkultivaw il-kwalità tal-imħabba

Nikkultivaw il-kwalità tal-imħabba

(1 Korintin 13:1-8)

  1. 1. Lejn Alla nersqu f’talb b’umiltà,

    Biex tiegħu nuru kull kwalità.

    L-​imħabba żgur l-​akbar hi fost dawn,

    Bl-​ispirtu tiegħu nikkultivaw.

    Kull għerf, talent, kuraġġ, ħafna xogħ’l

    Ma jiswa xejn jekk ma tħobbx ukoll.

    Nitolbu għal din l-​imħabba lkoll;

    Li nuru b’kliemna w b’għemilna wkoll.

  2. 2. L-​imħabba ma tiġbidx lejha biss,

    F’ħaddieħor taħseb hi, kif imiss.

    Din ma thewdinx fuq kull ħsieb ħażin,

    Però iġġib maħfra kif mgħallmin.

    L-​imħabba tgħatti n-​nuqqasijiet;

    Iġġorr għalkollox it-​tagħbijiet.

    Fl-​inkwiet, l-​imħabba tinsiex, fil-​fatt,

    Għax tiflaħ kollox; ma tbatti qatt.