GĦANJA 108
L-imħabba leali t’Alla
-
1. Alla jħobb b’lealtà.
Jieħu ħsiebna b’tant fedeltà.
’L Ibnu ferm prezzjuż Alla bagħ’t
Biex iġib ħelsien lil kulħadd.
Tana tama li nirtu lkoll
L-art għal dejjem b’tant ferħ ukoll.
(RITORNELL)
Ersqu qrib, O wħud bil-għatx,
Ħudu l-ilma ħaj u pur;
B’xejn ixorbu wħud bil-għatx
U mħabbtu tħossu żgur.
-
2. Alla jħobb b’lealtà.
F’xogħlu hemm din il-verità.
Wera mħabbtu lejn kull uman
Meta nħatar Ġesù Sultan.
Li jrid Alla se jseħħ fiż-żgur;
Waqqaf Saltna l’hi taʼ valur.
(RITORNELL)
Ersqu qrib, O wħud bil-għatx,
Ħudu l-ilma ħaj u pur;
B’xejn ixorbu wħud bil-għatx
U mħabbtu tħossu żgur.
-
3. Alla jħobb b’lealtà.
Jalla nħobbu b’sinċerità.
Nibqgħu ngħinu lil dawk ġwejdin
Jobdu l-liġi taʼ Jah f’kull ħin.
B’biżaʼ t’Alla qed nippritkaw
Bil-kuraġġ lil kull min naraw.
(RITORNELL)
Ersqu qrib, O wħud bil-għatx,
Ħudu l-ilma ħaj u pur;
B’xejn ixorbu wħud bil-għatx
U mħabbtu tħossu żgur.
(Ara wkoll Salm 33:5; 57:10; Efes. 1:7.)