GĦANJA 132
Issa sirna ħaġa waħda
-
1. Minn għadmi w minn laħmi ssawwart,
Waħdi m’għadnix; bik tant issaħħart.
Ġeħova lilek b’ferħ tani,
Imħabbti lejk kattart.
Naħsdu barkiet matul iż-żmien
Għax ġisem wieħed sirna flimkien.
Ngħaqadna raġel u mara,
Familja sirna llum.
Lill-Ħallieq kuljum flimkien naqduh.
Imħabbitna tfur,
Hekk kif it-triq juri Hu.
Ħa ngħixu kif wegħ’dna ’l xulxin
U jkollna żminijiet ferm henjin.
Ġieħ jalla nagħtu ’l Ġeħova.
Se nħobbok tul is-snin mill-qalb.
(Ara wkoll Ġen. 29:18; Ekk. 4:9, 10; 1 Kor. 13:8.)